Primark Bi Strateġija Li Tipproduċi Ħwejjeġ Li Jservu Aktar Biex Tħares L-Ambjent

 Primark Bi Strateġija Li Tipproduċi Ħwejjeġ Li Jservu Aktar Biex Tħares L-Ambjent

Il-ħwienet tal-ħwejjeġ Primark ħabru li sal-2030 il-materjal tal-ħwejjeġ użat ħa jkun wieħed sostenibbli u favur l-ambjent.

Primark ħabbru ukoll li se jkunu qed jaħdmu sabiex il-ħwejjeġ tagħhom jkunu jservu aktar u jkunu jistgħu jiġu riċiklati ladarba ma jibqgħux jintużaw.

Huma qalu li dawn il-bidliet mhux se jirriżultaw f’żidiet fil-prezzijiet għall-klijenti.

Il-ġganti fis-settur tal-ħwejjeġ ikkommettew ruħhom li jżidu l-kwalità fil-ħwejjeġ bl-aktar mod sostenibbli filwaqt li jnaqqsu l-iskart ta’ ħwejjeġ li jintremew. Din l-istrateġija tinkludi ukoll li jonqsu bin-nofs l-emissjonijiet tal-karbonju li jipproduċu.

Primark qalu li se jkunu qed jibdew mis-sena d-dieħla bit-t-shirts kollha tal-irġiel, tan-nisa u tat-tfal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com