Qassis Fl-Italja Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Ta’ Droga, Serq Ta’ Flus U Festini Tas-Sess

 Qassis Fl-Italja Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Ta’ Droga, Serq Ta’ Flus U Festini Tas-Sess

F’Prato l-Italja, qassis ta’ 40 sena ġie arrestat mill-Pulizija Taljana b’rabta ma’ traffikar ta’ droga u serq ta’ flus.

Il-qassis Francesco Spagnesi qed ikun akkużat li mporta u biegħ d-droga.

Huwa nqabad wara li kien qed jimporta mill-Olanda l-kokaina u droga oħra bl-isem ta’ GBL, magħrufa bħala d-droga tal-istupru.

Jidher li wara nvestigazzjonijiet mill-Pulizija qabdu dan iċ-ċirku ta’ droga, li eventwalment kienet qed tinbiegħ waqt festini organizzati fejn fihom kien ikun hemm sess u droga.

Il-Pulizija qed tallega li din l-attività kollha kienet qed tkun imħallsa mill-fondi li jinġabru mill-Knisja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com