Raġel Akkużat Li Talab Pjaċiri Sesswali Lil Tliet Kollegi Fi Skola
Joseph Borg ta’ 61 sena minn Wied il-Għajn inżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li ta fastidju sesswali lil tliet nisa li jaħdmu bħala uffiċjali tas-sigurtà fi skola fejn jaħdem huwa.
Fil-Qorti ntqal li l-imputat li jaħdem bħala receptionist kien jitlob pjaċiri u favuri sesswali lil tliet nisa. Intqal ukoll li f’ġurnata minnhom, l-imputat allegatament tħakkek ma’ waħda mill-vittmi.
Huwa wieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi u d-difiża talbet biex jingħata l-ħelsien mill-arrest. Madanakollu, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba biża serja li l-imputat javviċina xi xhieda.
Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.