Raġel Imur L-Isptar 6 Siegħat Wara Li Waqa’ Sular Għoli F’Wied Il-Għajn
Stqarrija mill-Pulizija kkonfermat kif ilbieraħ għall-ħabta tal-10:45pm, ġew infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li għal xi t-8:30pm, kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, għall-ħabta tas-2pm, ir-raġel, li għandu 41 sena minn Santa Venera, kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Sir Paul Boffa, Wied il-Għajn, u waqa’ madwar sular. F’dak il-ħin ir-raġel ma marx l-isptar imma iktar tard hu beda jħoss uġiegħ kbir, ċempel għal ambulanza u ttieħed l-isptar.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha rigward il-każ.