Raġel Ta’ 29 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Bil-Mutur Fix-Xemxija
Raġel Malti ta’ 29 sena weġġa gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha YZF R1 li kien qiegħed isuq u waqa’.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.