Raġel Ta’ 56 Sena Nqabad Bejn Trailer U Makkinarju Li Kien Qed Iħaddem

Raġel Taljan ta’ 56 sena residenti Birkirkara, sofra xi ġrieħi meta inqabad bejn trailer u makkinarju li kien qed iħaddem.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-7:40am, fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku fuq il-post, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.