Rebħa U Dominju Minn Malta Kontra Ċipru

 Rebħa U Dominju Minn Malta Kontra Ċipru
It-tim nazzjonali Malti irnexxilu jirbaħ l-ewwel tlett punti tiegħu f’Grupp H ta’ kwalifikazzjoni tat-tazza tad-dinja meta l-Erbgħa filgħaxija fl-Stadium Nazzjonali għeleb lil Ċipru 3 – 0.
Kien il-captain ta’ Birkirkara FC Cain Attard li poġġa lil Malta fil-vantaġġ fil-43 minuta biex l-ewwel taqsima intemmet 1 – 0. Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Konstantinos Soteriou tkeċċa għat-tieni karta safra għal Ċipru.
It-tim Malti kompla għaddej fuq lis-stess ritmu mal-ftuħ tat-tieni taqsima hekk kif Joseph Mbong b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ xeħħet fix-xibka u għamel lis-skor 2 – 0.
Malta kompliet iżid fir-ritmu u Cain Attard reġa sab ix-xibka fil-54 minuta bl-skor isir 3 – 0.
It-tim ta’ Devis Mangia kompla jikkontrolla l-partita biex kiseb tlett punti importanti u inqala mill-aħħar post tal-klassifika tal-grupp.
It-tim Malti jerġa jkun fl-azzjoni nhar is-Sibt li ġej kontra Slovenja.
Ritratt: Gareth Degiorgio
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com