Sewwieq Ta’ Mutur Ta’ 75 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’San Ġiljan

 Sewwieq Ta’ Mutur Ta’ 75 Sena Weġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’San Ġiljan

Raġel ta’ 75 sena residenti n-Naxxar, għal xi t-3:30pm tal-bieraħ kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq mill-vittma, u vettura Honda Accord, misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti s-Swieqi.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com