Ritratt Ta’ Malta Matul Il-Lejl Miġbud Minn Astronawta Franċiż

 Ritratt Ta’ Malta Matul Il-Lejl Miġbud Minn Astronawta Franċiż

L-Astronawta Franċiż Thomas Pesquet irnexxilu jieħu ritratt mill-isbaħ ta’ Malta matul il-lejl, fejn mal-ewwel daqqa t’għajn wieħed jista’ jieħu diversi informazzjoni minnu.

Wieħed jista’ josserva kemm in-naħa tal-Punent ta’ Malta u l-gżira ta’ Għawdex huma mdawla mill-inqas, filwaqt li Kemmuna ma tidhirx matul il-lejl.

Minn naħa l-oħra l-aktar żona mdawla hija l-Port Ħieles f’Birżebbuġa. Id-Dawra tal-Port il-Kbir ukoll hija mdawla sew li jinkludu l-bliet tal-Kottonera, tas-Sliema u ż-żona tal-madwar kif ukoll il-Belt Valletta innifisha.

Dan ir-ritratt inġibed mill-Istazzjon Spazjali Internazzjonali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com