Se Jitressqu L-Qorti Taħt Arrest Dwar Ħasil Ta’ Flus

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, se jinħargu akkużi fil-konfront ta’ kumpanija u kif ukoll mara ta’ 45 sena mill-Mellieħa.
Illum, l-imsemmija persuni se jitressqu l-Qorti taħt arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Zammit u se jiġu akkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus, fost oħrajn.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ se titmexxa minn Dr. Antoine Agius Bonnici u Dr. Andrea Zammit mil-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mil-Ispettur Lianne Bonello u mil-Ispettur Ian Camilleri.