SterjoTipi Jirritornaw B’Mużika ‘Differenti’ – L-Ewwel Kanzunetta Mill-E.P Il-Ġdid

 SterjoTipi Jirritornaw B’Mużika ‘Differenti’ – L-Ewwel Kanzunetta Mill-E.P Il-Ġdid

Il-grupp lokali SterjoTipi għadhom kemm niedu kanzunetta ġdida; ‘Differenti’ – l-ewwel waħda mill-E.P. ‘Supereroj’. SterjoTipi ilhom jaħdmu fuq materjal ġdid matul dawn l-aħħar xhur u issa jinsabu lesti sabiex jaqsmu x-xogħolhom mal-udjenza tagħhom. ‘Differenti’ hija kanzunetta li tħeġġeġ lin-nies jiddistingwu lilhom infushom mill-folla u jħossuhom kunfidenti li huma differenti minn oħrajn. ‘Differenti’ turi l-isfidi li jgħaddu minnhom in-nies sabiex jaslu fejn irridu f’ħajjithom, minħabba l-isterjotipi, bil-lirika fil-kanzunetta:

“Ħudni fejn nista’ nkun apprezzat

Ħudni fejn nista’ nkun mhux iġġudikat”

Il-filmat mużikali juri żagħżugħ li qed jirrappreżenta l-frustrazzjoni li jgħaddu minnha ħafna nies biex jkunu ‘differenti’ min-norma tas-soċjetà. Dan il-protagonista tal-istorja jiddeċiedi li jirbaħ l-aspirazzjoni tiegħu billi jsir is-supereroj tiegħu stess. L-istorja hija ppreżentata fi stil komiku, li tistgħu tarawha hawnhekk:

Għal aktar informazzjoni u l-aħħar aħbarijiet minn SterjoTipi, żur il-paġni tagħhom ta’ Facebook u Instagram, kif ukoll pjattaformi ta’ mużika online Spotify u YouTube.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com