Terrimot Ta’ 5.9 Fuq L-Iskala Richter Tikkawża Mumenti Ta’ Biża’ Fl-Awstralja

Terrimot li mmarka saħħa ta’ 5.9 fuq l-iskala Richter riegħed ix-Xlokk tal-Awstralja tant li kkawża ħsarat fil-bini fil-belt ta’ Melbourne.
Dan ġara fid-9.15am (ħin Awstraljan) (11.15pm – ħin lokali) mhux ‘il bogħod mill-Kapitali Victoria.
Il-Prim Ministru Scott Morrison tenna li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ persuni li weġġgħu.
Wara l-ewwel theżżiża nħassu żewġ theżżiżiet oħra li mmarkaw saħħa ta’ 4.0 u 3.1 rispettivament.
Dan qed jitqies bħala wieħed mill-akbar terrimoti fl-Awstralja fl-aħħar snin.
Ritratt: BBC