The Riffs Tipprattika Fis-Sede Tas-Soċjetà De Paule – Il-każini Tal-Baned Huma Ċentri Mużikali
Is-Sede tas-Soċjetà De Paule fil-jiem li ġejjin ser tkun qiegħda tospita waħda mill-iktar bands rinomati f pajjiżna.
𝕋𝕙𝕖 ℝ𝕚𝕗𝕗𝕤 𝕄𝕋 ta’ 𝑅𝒶𝓎 𝑀𝑒𝓇𝒸𝒾𝑒𝒸𝒶, ser jkunu qed jagħmlu il-provi tagħhom fil-każin. Apparti li wħud mill-membri tal-band huma Pawlisti, is-Soċjetà Filarmonika u anke bl-iskola b’xejn tal-mużika, huma jemmnu fi sħiħ fis-saħħa tal-mużika u li il-mużika għandha tgħaqqdna.
Titilfux din l-opportunità u morru araw live dawn il-provi. Tistgħu tagħmlu dan billi tmorru fil-bottegin tas-Sede 𝗟𝘂𝗴𝗹𝗶𝗼 𝗕𝗮𝗿 & 𝗟𝗼𝘂𝗻𝗴𝗲 u titpaxxew bil-mużika live ta’ 𝕋𝕙𝕖 ℝ𝕚𝕗𝕗𝕤 𝕄𝕋.
Dettalji oħra, aktar tard din il-ġimgħa. Awguri lil The Riffs u anke lis-Soċjeta De Paule. Dan huwa l-ġid li joħroġ mill-każini tal-baned.