The Travellers Iħabbru S-Single L-Ġdida Tagħhom

 The Travellers Iħabbru S-Single L-Ġdida Tagħhom

The Travellers qed jippjanaw li joħorġu diska oћra, bl-isem tagћha huwa t-titlu tal-album il-ġdid tagћhom: Inżul u Tlajja’.

Il-vidjow mużikali ta’ din id-diska ser joħroġ fis-27 ta’ Settembru, 2021.

L-album innifsu huwa riflessjoni profonda fuq diversi esperjenzi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Ħafna mill-ispirazzjonijiet tad-diski li jinsabu ġo dan l-album huma bbażati fuq l-esperjenzi tal-kompożitur u l-interpretazzjoni tiegħu ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, kif ukoll fuq kwistjonijiet soċjali li qiegħdin jaffetwaw il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Is-single li għandha l-istess isem tal-album, titratta fuq mumenti sbieħ fil-ħajja, kif ukoll mumenti koroh, u fl-istess ħin twassal storja li se tkun żvelata iktar tard meta joħroġ il-vidjow mużikali.

The Travellers qalu li kunċert mużikali lajv u tnedija tal-album il-ġdid se jiġu mħabbra daqt!

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor