Tikkunsmax Dan Il-Prodott Jekk Allerġiku Jew Intolleranti Għall-Ħalib

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkonsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib għaliex instab li possibbilment fih ingredjent tal-ħalib mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
Isem tal-prodott: Aalette di Pollo
Ditta: Findus
Piż: 500g
Data tad-Durabbilità: 30/04/2022
Lott: L110922A14