“Tilbsux Il-Beritta U Tqaxxrux Il-Leħja…” – Il-Police Officers Union Lill-Membri Tagħha

 “Tilbsux Il-Beritta U Tqaxxrux Il-Leħja…” – Il-Police Officers Union Lill-Membri Tagħha

Il-Police Officers’ Union (POU) ordnat lill-membri tagħha biex mis-Sibt li ġej ma jilbsux il-beritta kif ukoll biex ma jqaxxrux il-leħja. Dan wara li qed tirreġistra tilwima industrijali minħabba li baqgħet mingħajr risposta fir-rigward li l-pulizija tipprovdi ufffiċjali biex jingħalqu t-toroq fejn fihom hemm skejjel; fid-dħul u ħruġ tal-istudenti.

Il-POU tenniet li minħabba f’hekk, qed ikun hemm madwar 70 pulizija nieqsa mill-għasses rispettivi filwaqt li saħqet li dan huwa dmir tal-Kunsilli Lokali.

Kompliet tgħid li jekk l-affarijiet ma jinbidlux, id-direttivi jiżdiedu.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava qal li l-Kunsilli Lokali m’għandhomx awtorità li jagħlqu t-toroq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com