“Xtaqt Inserraħlu Moħħu Li Jien Qatt Ma Bżajt Niddefendi Pajjiżi Fl-Ewropa” – Rosianne Cutajar Lil Bernard Grech
“Peress li Bernard Grech għoġbu jsemmini u jagħmel paragun tiegħi mal-MEP Roberta Metsola xtaqt inserraħlu moħħu li jien qatt ma bżajt u wisq aktar se nibża’ niddefendi pajjiżi fl-Ewropa. Ismi niddefendieħ ukoll pero’ mingħajr ma nidħol f’nases li jakkomodaw aġendi politiċi ta’ xi wħud.”
Hekk kitbet l-Onorevoli Membru Parlamentari Rosianne Cutajar fuq il-midja soċjali tagħha fejn spjegat kif il-Kap tal-Opożizzjoni bernard Grech semmieha u għamel paragun bejnha u bejn il-MEP Roberta Metsola.
Cutajar qalet li għall-kuntrarju tagħha, Metsola fl-Ewropa titkellem ripetutament kontra l-interessi ta’ Malta izda “komda tiddefendi Gvern barrani bħal dak tal-Bulgarija li ma jridx jaf b’riformi favur is-sewwa.”