“Xtaqt Inserraħlu Moħħu Li Jien Qatt Ma Bżajt Niddefendi Pajjiżi Fl-Ewropa” – Rosianne Cutajar Lil Bernard Grech

 “Xtaqt Inserraħlu Moħħu Li Jien Qatt Ma Bżajt Niddefendi Pajjiżi Fl-Ewropa” – Rosianne Cutajar Lil Bernard Grech

“Peress li Bernard Grech għoġbu jsemmini u jagħmel paragun tiegħi mal-MEP Roberta Metsola xtaqt inserraħlu moħħu li jien qatt ma bżajt u wisq aktar se nibża’ niddefendi pajjiżi fl-Ewropa. Ismi niddefendieħ ukoll pero’ mingħajr ma nidħol f’nases li jakkomodaw aġendi politiċi ta’ xi wħud.”

Hekk kitbet l-Onorevoli Membru Parlamentari Rosianne Cutajar fuq il-midja soċjali tagħha fejn spjegat kif il-Kap tal-Opożizzjoni bernard Grech semmieha u għamel paragun bejnha u bejn il-MEP Roberta Metsola.

Cutajar qalet li għall-kuntrarju tagħha, Metsola fl-Ewropa titkellem ripetutament kontra l-interessi ta’ Malta izda “komda tiddefendi Gvern barrani bħal dak tal-Bulgarija li ma jridx jaf b’riformi favur is-sewwa.”

Temmet tgħid li “differenza oħra hija li jien, għal kuntrarju ta’ Metsola, mhux qed inħares biex nieħu post il-mexxej tiegħi. Lili l-mexxej tiegħi Robert Abela isibni ta’ spalla. Moħħu mistrieh minni li bsaten fir-roti ma nagħmillux.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com