Żewġt Ċiklisti Bi Ġrieħi Gravi Wara Li Ħabtu Ma’ Karozza Fl-Imġarr

Żewġt irġiel jinsabu f’qagħda gravi wara li ntlaqtu minn karozza waqt li kienu qed isuqu r-rota.
L-inċident seħħ is-Sibt għat-8:00am, f’Telgħet tad-Dwejra, Mġarr.
Jidher li tliet ċiklisti ħabtu ma’ karozza Citroen C1, li kienet misjuqa minn Albaniż ta’ 32 sena.
Iċ-ċiklisti, Malti ta’ 44 sena residenti l-Qrendi, u żewġt Taljani wieħed ta’ 33 sena u l-ieħor ta’ 40 sena, ingħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, filwaqt li it-Taljan ta 33 sena ma rċeviex aktar kura, it-tnejn l-oħra ġew ċċertifikati b’ ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.