12-il Karozza Oħra Misruqa Mill-Kanada Jinqabdu Fil-Port Ħieles

 12-il Karozza Oħra Misruqa Mill-Kanada Jinqabdu Fil-Port Ħieles

Id-Dwana ta’ Malta irnexxielha tkompli tkisser iċ-ċirku kriminali ta’ karozzi misruqa li qed jgħaddu mil-Port Ħieles fi triqthom lejn Adu Dhabi.

Fi stqarrija ntqal li 12-il karozza oħra ġew interċettati f’kontejners li jirriżultaw li bħal dawk maqbuda fil-jiem li għaddew huma karozzi misruqa mill-Kanada.

B’kollox issa d-Dwana ta’ Malta rnexxielha taqbad total ta’ 24 vettura.

L-24 karozza huma 6 Lexus RX350, 5 Ford Pick-ups 450, 3 Ford Expedition SUV, 2 Jeep Grand Cherokee SUV, 2 Mercedes G63, Honda CRV, Mustang, Range Rover Velar, Jeep Rubicon, Ford 150 u Jaguar F-pace.

B’dan kollu qed ikunu nfurmati l-awtoritajiet Kanadiżi fejn fl-imkien mal-Pulizija Maltija qed jkomplu jinvestigaw dan il-każ.

Jidher li l-Pulizija Kanadiża identifikat grupp ta’ kriminali li huwa l-moħħ wara dan is-serq u diġà saru xi arresti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com