120 Uffiċjal Tas-Saħħa Ambjentali Jibbenefikaw Minn Ftehim Settorali

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-UĦM illum iffirmaw ftehim settorali ġdid għall-environmental health officers.
Fi stqarrija ntqal li dan il-ftehim jinkludi żieda fis-salarju kif ukoll titjib fil-progressjoni tal-karriera.
Dan il-ftehim se jibbenefikaw minnu 120 ħaddiem f’livelli differenti u se jidħol fis-seħħ backdated mill-1 ta’ Jannar 2019.
Il-Ministeru għas-Saħħa jirringrazzja lill-environmental health officers għax-xogħol siewi tagħhom.
Ritratt: Facebook / Environmental Health Directorate, Malta