“Grazzi Kbira Ta’ Kemm Iġġilidt Għal Ħajtek Biex Tibqa’ Magħna…” – Leah Bint Simon Schembri

 “Grazzi Kbira Ta’ Kemm Iġġilidt Għal Ħajtek Biex Tibqa’ Magħna…” – Leah Bint Simon Schembri

Illum jgħalaq sninu Simon Schembri, l-eks Pulizija li tilef idu waqt il-qadi ta’ dmirijietu meta kien imkaxkar taħt karozza f’Ħal Luqa.

Leah Schembri bint Simon kellha messaġġ sabiħ ħafna x’tgħid lil missierha f’din il-ġurnata speċjali.

“J’alla jkollok ġurnata sabiħa kif jixraqlek għax verament ħaqqek! Ma nixba qatt ngħidlek grazzi ta dak kollu li tagħmel miegħi u ta’ kemm tieħu ħsiebi. Grazzi kbira ta kemm iġġilidt għal ħajtek biex tibqa’ magħna u grazzi talli tibqa’ tiġġieled kuljum biex tkun aħjar mill-bieraħ.”

Leah temmet il-messaġġ lil missierha billi qaltlu “int l-ispirazzjoni tiegħi u l-imħabba tiegħi li ma tista’ titlaq qatt! Inħobbok għal-dejjem.”

Awguri Simon!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com