13-il Sena Mill-Mewt Tat-Tabib U D-Deputat Dr. Karl Chircop

Kien il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2008 wara nofsinhar, meta ħarġet l-aħbar li it-tabib u l-eks Deputat Laburista Karl Chircop, tilef il-battalja kontra l-mewt.
Karl Chircop miet fi sptar f’Londra, wara li fit-3 ta’ Awissu 2008 kien sofra minn stroke, bil-konsegwenza li sofra minn emorraġija fil-moħħ.
Chircop, mill-Isptar Mater Dei, kien ittieħed fin-National Hospital of Neurology and Neurosurgery f’Londra, fejn b’kollox għamel għaxar ġimgħat f’koma.
Fit-12 ta’ Ottubru, imdawwar bil-familja tiegħu, Karl kien ġie ċċertifikat klinikament mejjet.
Insellmu l-memorja tiegħu.
Ritratt: Xarabank