16-il Entità Jappellaw Lill-Politiċi Biex Iqisu Tassew Il-Ġid Komuni Dwar L-Abbozz Ta’ Liġi Għall-Użu Tal-Kannabis
16-il entità impenjati fil-ħidma soċjali qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-proposti għall-abbozz ta’ liġi dwar l-użu hekk imsejjaħ responsabbli tal-kannabis.
Fi stqarrija ntqal li l-entitajiet jinsabu fi qbil mal-pożizzjoni ta’ Caritas Malta u Fondazzjoni OASI li nhar il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2021, reġgħu tennew li l-liġi proposta se tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid għas-soċjetà Maltija.
Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet kienu mħabbra l-20 proposta tal-Gvern f’addozz li se jkun qed jibdel il-liġi dwar l-użu tal-kannabis.
Dawn l-entitajiet, li wħud minnhom jaħdmu direttament mat-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli, jinsabu mħassba speċjalment dwar il-messaġġ li jkun qed jgħaddi lit-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-użu u l-kultura tal-kannabis. Għalhekk qed jitolbu lill-politiċi sabiex iqisu tassew il-ġid komuni meta jkunu qed jikkontemplaw liġijiet li jersqu iktar lejn il-liberalizzazzjoni tal-kannabis.
Iffirmata minn:
- Caritas Djakonija Unit
- Dar Merħba Bik
- Dar Osanna Pia
- Dar tal-Providenza
- Djar tal-Knisja għall-Anzjani
- Fondazzjonni Sebħ
- Kummissjoni Djoċesana Djakonija
- Kummissjoni Ġustizzja u Paci
- Kummissjoni Migranti
- Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre Chaplains
- Millennium Chapel
- Paolo Freire Institute
- Segretarjat Assistenza Soċjali
- Society St Vincent de Paul
- St Jean Antide Foundation
- Uffiċċju Ħidma Pastorali mal-Persuni Separati