16-il Entità Jappellaw Lill-Politiċi Biex Iqisu Tassew Il-Ġid Komuni Dwar L-Abbozz Ta’ Liġi Għall-Użu Tal-Kannabis

 16-il Entità Jappellaw Lill-Politiċi Biex Iqisu Tassew Il-Ġid Komuni Dwar L-Abbozz Ta’ Liġi Għall-Użu Tal-Kannabis

16-il entità impenjati fil-ħidma soċjali qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-proposti għall-abbozz ta’ liġi dwar l-użu hekk imsejjaħ responsabbli tal-kannabis.

Fi stqarrija ntqal li l-entitajiet jinsabu fi qbil mal-pożizzjoni ta’ Caritas Malta u Fondazzjoni OASI li nhar il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru 2021, reġgħu tennew li l-liġi proposta se tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid għas-soċjetà Maltija.

Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet kienu mħabbra l-20 proposta tal-Gvern f’addozz li se jkun qed jibdel il-liġi dwar l-użu tal-kannabis.

Dawn l-entitajiet, li wħud minnhom jaħdmu direttament mat-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli, jinsabu mħassba speċjalment dwar il-messaġġ li jkun qed jgħaddi lit-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-użu u l-kultura tal-kannabis. Għalhekk qed jitolbu lill-politiċi sabiex iqisu tassew il-ġid komuni meta jkunu qed jikkontemplaw liġijiet li jersqu iktar lejn il-liberalizzazzjoni tal-kannabis.

Iffirmata minn:

  • Caritas Djakonija Unit
  • Dar Merħba Bik
  • Dar Osanna Pia
  • Dar tal-Providenza
  • Djar tal-Knisja għall-Anzjani
  • Fondazzjonni Sebħ
  • Kummissjoni Djoċesana Djakonija
  • Kummissjoni Ġustizzja u Paci
  • Kummissjoni Migranti
  • Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre Chaplains
  • Millennium Chapel
  • Paolo Freire Institute
  • Segretarjat Assistenza Soċjali
  • Society St Vincent de Paul
  • St Jean Antide Foundation
  • Uffiċċju Ħidma Pastorali mal-Persuni Separati
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com