Andrea Camilleri U Charelle Micallef Rebbieħa Tal-Konkors ‘Melodija Maġika’

 Andrea Camilleri U Charelle Micallef Rebbieħa Tal-Konkors ‘Melodija Maġika’

Il-Ħadd 17 ta’ Ottubru sar is-sitt edizzjoni tal-konkors ‘Melodija Maġika’ imtella’ minn Ally-El Entertainment, ġewwa ‘City Theatre’, il-Belt Valletta. F’dan il-konkors il-kantanti jkantaw ‘live’ kanzunetti oriġinali bil-lingwa Maltija minn kompożituri u awturi Maltin.

B’kollox kien hemm 38 kanzunetta fejn ġew maqsuma f’żewġ partijiet skond l-età biex b’hekk kellna żewġ rebbieħa tal-Grand Prix, waħda taż-żgħar u oħra tal-kbar.

Ir-rebbieħa tal-ewwel parti kienet il-kantanta Andrea Camilleri bil-kanzunetta ‘Iltima f’dari’ fuq kliem u mużika ta’ Jeffrey Scicluna filwaqt  li r-rebbieħa tat-tieni parti rebħitu l-kantanta Charelle Micallef bil-kanzunetta ‘Hu biss’ b’lirika ta’ Rita Pace u mużika ta’ Aldo Spiteri.

Ir-rebbieħa ta’ dan il-konkors ġew magħżula minn ġurija professjonali, fosthom Mike Spiteri, Alfred C Sant, Matthew Grech, Ingrid Vella, Antonio Muscat, Marylin Aquilina, Cherylis u Gloriana Arpa Belli.

Charelle Micallef ilha tattendi l-lezzjonijiet tal-vuċi għal-dawn l-aħħar 5 snin ġewwa Harmonic Ensemble Music & Voice Academy immexxija minn Ms Ritienne u Mro Joseph Chircop.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com