Ġuvni Ta’ 21 Sena Jindarab Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku F’Tas-Sliema

 Ġuvni Ta’ 21 Sena Jindarab Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku F’Tas-Sliema

Ġuvni ta’ 21 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li ġuvni ta’ 21 sena residenti Ħal Safi, weġġa’ wara li ntlaqat minn Jaguar XJ, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti Tas-Sliema.

Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com