Bil-Filmat: Ilbieraħ Fit-Toroq Tal-Kapitali Spanjola Flok Karozzi Kien Hemm…

 Bil-Filmat: Ilbieraħ Fit-Toroq Tal-Kapitali Spanjola Flok Karozzi Kien Hemm…

Matul il-ġurnata tal-bieraħ it-toroq ta’ Madrid fi Spanja kienu mimlija b’nagħaġ u ħoss tal-qniepen, hekk kif wara nuqqas ta’ sena rritorna dan l-avveniment mistenni ferm fi Spanja.

Dan l-avveniment beda fl-1994 u baqa’ jsir kull sena biex ifakkar it-tradizzjoni li ta’ kull sena r-rgħajja jmexxu l-merħla tan-nagħaġ tagħhom mill-parti ta’ fuq ta’ Spanja għan-naħa ta’ isfel qabel tibda ix-xitwa.

Naturalment qabel dawn it-toroq ma kienux jeżistu, iżda kien hemm biss għelieqi u kwiet. Illum f’din ir-rotta tradizzjonali minn fejn kienu jgħaddu nsibu t-toroq prinċipali tal-belt ta’ Madrid, belt mimlija bini b’ħajja mgħaġġla.

Bosta familji jinġabru fil-ġnub tat-toroq għal dan l-avveniment biex in-nagħaġ jgħaddu minn nofs fi triqithom biex jkomplu jirgħu lejn in-naħa t’isfel ta’ Spanja.

Ara l-filmat:

Ritratt: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com