Bil-Filmat: Koppja Fl-Indja Ma’ Taqtax Qalba Mill-Maltemp U Tmur Għat-Tieġ Riekba Ġo Borma Kbira
Fl-Indja koppja li kienu ħa jiżżewġu kellhom jaslu għaċ-ċerimonja b’mod differenti ħafna minn dak pjanat.
Minħabba ammont kbir ta’ maltemp u xita li għamlet fil-belt ta’ Kerala fin-naħa ta’ isfel fl-Indja ħalliet diżastru sħiħ b’bosta toroq u bini mgħarrqa bl-ilma, fosthom anke s-sala fejn kellu jsir it-tieġ.
Sfortunatament f’dan l-għargħar mietu 27 persuna minn madwar il-belt kollha, però din il-koppja ma qatgħux qalbhom u xorta għamlu t-tieġ tagħhom.
Minħabba li t-toroq ma kienux aċċessibbli l-unika soluzzjoni li sabu kienet li jissellfu borma ġganteska biex jidħlu fiha mingħajr ma jixxarbu, filwaqt li żewġ irġiel mexxewhom flimkien mal-fotografu lejn it-tempju.
Ara l-filmat:
So this couple from Alappuzha district in Kerala used a large cooking vessel to wade through the flood water to get to their wedding venue. Even the wedding venue was flooded, but fortunately they managed to get married without missing the muhurtham time 🙂 pic.twitter.com/mqldzgKIkd
— Shilpa (@Shilpa1308) October 18, 2021