Bil-Filmat: L-Aħħar Titjira Tal-Alitalia Minn Ruma Lejn Cagliari…
Wara 74 sena ta’ servizz, il-linja tal-ajru Alitalia għamlet l-aħħar titjira tagħha l-Ħamis filgħaxija mill-Ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma lejn Cagliari f’Sardinja.
L-Alitalia għal bosta snin kienet fi kriżi u kienet qed topera b’telf kbir.
Mill-bieraħ ħaditilha posta l-linja Nazzjonali tal-ajru ġdida bl-isem ta’ ITA wara li ntemmew in-negozjati biex jinxtara l-isem Alitalia u Alitalia.com għas-somma ta’ €90 miljun.
Il-Gvern Taljan ħa jkun qed jgħaddi €1.35 biljun lill-kumpanija l-ġdida wara approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-kumpanija l-ġdida waqt il-konferenza tat-tnedija l-ewwel ħaġa li qalet hi li kollox ħa jkun 100% Taljan.
ITA qed tippjana li tibda ttir ukoll lejn bliet bħal New York, Boston, Miami u Tokyo apparti bliet oħra Ewropej.
Ara l-filmati: