“Ir-Rispons Immedjat Għaż-Żieda Fil-Prezzijiet Tal-Enerġija Għanda Tkun Sussidji Diretti U Għajnuna Mill-Istat” – Alfred Sant

 “Ir-Rispons Immedjat Għaż-Żieda Fil-Prezzijiet Tal-Enerġija Għanda Tkun Sussidji Diretti U Għajnuna Mill-Istat” – Alfred Sant

Waqt li kien qed jindirizza dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar soluzzjonijiet Ewropej għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-S&D Maltija Alfred Sant iddikjara li r-rispons immedjat għandu jinkludi “intervent tal-Gvern permezz ta’ sussidji diretti u forom oħra ta’ għajnuna mill-istat.” Iż-żieda kontinwa tal-prezzijiet tal-gass u l-elettriku qed twassal għal impatt dirett fuq il-bwiet taċ-ċittadini u fuq l-intrapriżi ż-żgħar u għal żieda fil-prezz tal-prodotti u s-servizzi Ewropej. Eventwalment, dan ser jwassal għal rata ta’ inflazzjoni ogħla u għal żieda fil-prezz ta’ l-esportazzjonijiet Ewropej.

L-ixprun ewlieni tad-dibattitu plenarju tal-MPE kien li jissuġġerixxi miżuri sostenibbli u aċċessibbli ġodda biex ittaffi l-effett negattiv ikkawżat miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija fuq id-djar u n-negozji. Dawn jinkludu l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli u miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku.

L-MPE Laburista Alfred Sant ippropona bħala approċċ fit-tul dik li sejjaħ bħala “soluzzjoni f’żewġ stadji” li tkun tinkludi “approċċ komuni tal-UE biex jinnegozja l-akkwist tal-enerġija”, kif ġara bil-vaċċin tal-COVID u li tinstab alternattiva reali għall-fjuwils fossili.

Filwaqt li rrikonoxxa li din ma kienitx l-ewwel darba li l-fornituri tal-enerġija ħallew lill-Ewropa f’sitwazzjoni ta’ inabbiltà, Sant enfasizza li l-aħjar għażla għall-futur tkun “awtonomija tal-enerġija.” Minħabba dan, huwa ħeġġeġ lill-Istati Membri Ewropej kollha biex jagħmlu aktar sforz fil-ġenerazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tagħhom stess u ħeġġiġhom ukoll sabiex itejbu l-konservazzjoni billi jtejbu l-effiċjenza ta’ l-enerġija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com