“Din Id-Diċerija Tal-Elezzjoni Ġenerali Ħolqitha Biss Il-PN” – Il-Prim Ministru

 “Din Id-Diċerija Tal-Elezzjoni Ġenerali Ħolqitha Biss Il-PN” – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Robert Abela meta kien mistoqsi dwar id-data tal-elezzjoni ġenerali qal, li hu dejjem ra l-interess nazzjonali qabel dak partiġġjan.

Qali li sfortunatament għandna opożizzjoni li malli tara l-ekonomija miexja ‘l quddiem, tara kif tagħmel u tipprova toħloq instabbilità.

Il-Prim Ministru qal li ma jidhirlux li huwa fl-interess nazzjonali li elezzjoni ssir din is-sena u allura l-elezzjoni ssir fis-sena li hija skedata, jiġifieri fl-2022.

Abela talab ukoll lill-Opożizzjoni biex tagħmel apoloġija għall-inċertezza li ppruvat tiżra meta qajmet mingħajr ebda raġuni, diċeriji dwar elezzjoni ġenerali. Dan għamlitu f’fażi daqstant importanti meta l-ekonomija qed tirkupra wara żmien iebes ta’ pandemija.

Hawnhekk semma kif lkoll għandna nħallu n-negozji sejrin tajjeb u ngawdu Milied mal-familji anke f’mument wara dak li ċaħditna minnu l-Covid-19. Semma wkoll kif bħalissa huwa importanti l-booster tal-vaċċin.

Qal li b’dak li qal l-Opożizzjoni ser tkun iddiżappuntata u jekk hemm xi indifferenzi internament fil-partit, għandhom jissolvew min-naħa tagħhom bla ma jbati l-pajjiż.

Filmat: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com