Epic Tiċċelebra 100,000 Klijent Tal-Pay Monthly Mobile Plans
Epic hija l-ewwel kumpanija tat-telekomunikazzjoni li laħqet 100,000 klijent fl-iskema tal-mobile tat-tip pay monthly. Id-ditta Epic ġiet f’Malta bil-għan li l-pajjiż għandu jkollu kumpanija tat-telekomunikazzjoni li toffri network eċċellenti u servizzi ta’ valur. B’dan il-għan, wegħdet li toffri dan kollu, hekk kif temmen li dawn iż-żewġ affarijiet jistgħu jeżistu flimkien.
“Nirringrazzjaw lill-klijenti tagħna talli fdaw lil Epic u għażlu li jiġu magħna fuq dan il-vjaġġ. Ilna ninvestu bis-sħiħ fil-pay monthly plans u s-servizzi tagħna kemm għall-klijenti kif ukoll għan-negozji propju minn meta nedejna d-ditta Epic f’Malta. Is-suċċess ta’ dawn il-plans jurina wkoll li sejrin fid-direzzjoni t-tajba mal-klijenti tagħna. Il-fiduċja tagħhom tinkoraġġixxi lit-tim ta’ Epic biex ikompli bl-investiment tiegħu ta’ 40 miljun biex tinbena l-aktar network b’saħħitha,” qal Tamas Banyai, CEO of Epic.
Riċentament, Epic nediet ukoll offerta limitata biż-żmien għall-klijenti żgħażagħ. Dawk kollha li huma taħt id-29 sena se jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-unlimited data plan ta’ Epic għall-prezz imnaqqas ta’ €19.99. Permezz ta’ dan il-pjan, ikunu jistgħu jaċċessaw unlimited data b’veloċità 4.5G, telefonati u SMS lokali.
“Iż-żgħażagħ huma l-futur tagħna, u rridu nassiguraw li nissapportjawhom jinnavigaw f’perjodu li faċilment l-aktar finanzjarjament diffiċli ta’ ħajjithom. Kemm jekk għadhom qed jistudjaw u għadhom biss dħul mill-istipendju, u anke forsi jekk qed jaħsbu biex jinvestu fl-ewwel dar tagħhom, il-youth plans tagħna jaraw li ż-żgħażagħ jibbenefikaw b’mod sħiħ minn dak kollu li għandha x’toffri Epic, filwaqt li jħallsu inqas,” ikkonkluda Banyai.