Il-Fun Run Tal-President Tirritorna B’Mod Differenti

 Il-Fun Run Tal-President Tirritorna B’Mod Differenti

Il-Fun Run tal-President ħa tkun qed tirritorna nhar il-Ħadd 21 ta’ Novembru.

Dan tħabbar dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fejn ntqal li din is-sena ħa tkun qed isir b’differenza hekk kif il-Fun Run ser tmur fl-ibliet u rħula ta’ Malta u Għawdex kollha.

Fil-fatt ġie spjegat kif din il-mixja ħa tkun magħmula minn 68 mixja differenti f’kull lokalita’, b’dawk li ħa jieħdu sehem iridu jkunu mlaqqma.

Il-President George Vella rringrazzja lil Sport Malta, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u lill-isponsors kollha tal-kollaborazzjoni tagħhom, filwaqt li appella lill-poplu Malti biex jieħdu sehem f’din it-12-il edizzjoni tal-Fun Run.

“L-għajnuna tagħkom ser tkun qed tgħin lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn, min għaddej minn xi għawġ kbir ta’ saħħa u lil min huwa vulnerabbli. Grazzi bil-quddiem,” temm jgħid il-President George Vella.

Preżenti għall-konferenza kien hemm is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli u s-Sindki mil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com