“Fil-Ħabs Persuna Trans Itteħditilha L-Parrokka Għax Qalulha…Hawn Mhux Il-Karnival” – Peppi Azzopardi
Peppi Azzopardi qed jitlob li jiġi investigat każ mill-Bord tal-Inkjesta dwar każ li allegatament seħħ fil-ħabs.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali Peppi Azzopardi kiteb li ġie rapportat każ li persuna trans itteħditilha l-parrokka għax qalulha, “hawn mhux il-karnival.”
Dan il-każ allegatament seħħ fid-diviżjoni tan-nisa.
Il-Professur Andrew Azzopardi wkoll ikkundanna dan il-każ permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali fejn qal li dan huwa każ ieħor ta’ ħniżrija.
“Lanqas fadal aktar fejn tħaffer. Din it-terapija li joffru l-gwardjani!?” temm jgħid Andrew Azzopardi.
F’każ ieħor Peppi Azzopardi jitkellem permezz ta’ filmat ma’ ex-priġunier li qal li kien wieħed mill-ewwel priġunieri li rabtuh mas-siġġu tal-Ħabs. Huwa qal li kważi għamel 8 sigħat marbut ma’ dan is-siġġu mingħajr lanqas biss tawh tazza ilma.
Ara l-filmat: