“Fil-Proċess Ta’ Konsultazzjoni Dwar Il-Liġi Tal-Kannabis Il-PN Ma’ Daħħal L-Ebda Suġġerimenti” – Il-Ministru Owen Bonnici

 “Fil-Proċess Ta’ Konsultazzjoni Dwar Il-Liġi Tal-Kannabis Il-PN Ma’ Daħħal L-Ebda Suġġerimenti” – Il-Ministru Owen Bonnici

“Id-dibattitu dwar liġijiet responsabbli dwar l-użu tal-kannabis nixtieq inħallih ‘il bogħod mill-politika partiġġjana.”

Dan qalu l-Ministru Owen Bonnici fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn qal ukoll li hawn qed nitkellmu fuq issue soċjali importanti li teħtieġ diskussjoni serja.

Il-Ministru Bonnici żied jgħid li “wieħed ma jistax ma jikkummentax fuq il-politika ‘cheap’ tal-Kap tal-Oppożizzjoni.”

“Qalilna li dak li għamilna hu kollu bis-saħħa tiegħu, meta lanqas biss kien induna li ppubblikajna white paper fuq is-suġġett u għajjarna li ma ppubblikajna xejn. Fil-proċess ta’ konsultazzjoni la hu u lanqas il-Partit Nazzjonalista ma daħħlu suġġerimenti,” saħaq il-Ministru Owen Bonnici fil-messaġġ tiegħu.

Huwa temm jgħid li “n-nies taf li aħna gvern li jisma’, jiddiskuti u jiddeċiedi. Din se tkun bidla importanti oħra li mexxejna ‘l quddiem.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com