F’Jum Id-Diskors Tal-Budget Il-PM U Martu Qed Ifakkru L-Anniversarju Taż-Żwieġ Tagħhom
Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia Abela llum qed ifakkru t-13-il sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
Din is-sena inzerta li ma tantx jistgħu jiċċelebrawh sew minħabba li l-lejla l-Prim Ministru rrid iwassal id-diskors tiegħu fil-Parlament.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali Lydia qalet li “ma hemm xejn isbaħ u aqwa mill-imħabba li tagħti lili u lil Giorgia Mae…Inħobbok.”
Iż-żwieġ ta’ Robert u Lydia kien sar fil-Katidral tal-Imdina fejn wara umbad kienet saret iċ-ċelebrazzjoni f’Villa Arrigo, fin-Naxxar.
Propju t-tieġ kien sar l-għadda ta’ għeluq snin Lydia, hekk kif ilbieraħ ukoll awgurajnielha f’għeluq snina.
Awguri!
View this post on Instagram