“Għalaqt 69 Sena Li 45 Minnhom Għexthom Naħdem Fl-Edukazzjoni, Ġurnaliżmu U Fil-Politika”

 “Għalaqt 69 Sena Li 45 Minnhom Għexthom Naħdem Fl-Edukazzjoni, Ġurnaliżmu U Fil-Politika”

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u dawk Ewropej Evarist Bartolo, qed jiċċelebra għeluq id-69 sena tiegħu. Qal, li 45 sena minnhom, għamilhom jaħdem fl-edukazzjoni, fil-ġurnaliżmu u fil-politika.

“Żgur li f’45 sena kien hemm fejn inqast u nitlob maħfra”, kiteb Bartolo filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu miegħu u li għadhom jaħdmu miegħu u jieħdu paċenzja bih.
“Meta nħares lura, aktar milli sodisfatt b’li għamilt, nara kemm għad fadal xi jsir biex pajjiżna u l-poplu tagħna jkunu aħjar. Se nkompli nagħti sehmi mill-aħjar li naf u li nista’ waqt li naf, li qatt ma nista’ nagħmel biżżejjed”, kompla l-Ministru Evarist Bartolo.
Temm jgħid li dejjem irid ikompli jitgħallem f’din id-dinja li qed tkompli tinbidel.
Awguri Ministru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com