Giorgia Mae Tippreżenta Kartolina Lill-Papa Ffirmata Minn Sħabha Tal-Iskola

 Giorgia Mae Tippreżenta Kartolina Lill-Papa Ffirmata Minn Sħabha Tal-Iskola

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-familja tiegħu, dalgħodu ltaqgħu mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Il-Prim Ministru qal li tkellmu dwar diversi suġġetti fosthom it-tibdil tal-klima u anke l-immigrazzjoni.

Jidher li ż-żjara tal-Papa f’Malta se tkun fl-ewwel kwart tas-sena li ġejja, 2022, hekk kif qal dan Abela fuq il-midja soċjali tiegħu.

“Fost ir-rigali uffiċjali li ġew skambjati, kien hemm wieħed speċjali mingħand Giorgia Mae li tat lill-Papa kartolina ffirmata minn uħud mill-istudenti li jattendu l-iskola magħha”, kiteb il-PM Abela.

Saħaq li kellu wkoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat il-Kardinal Pietro Parolin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com