Id-Distanza Soċjali Tispiċċa F’Attivitajiet Ta’ 300 Persuna, Bilqiegħda u Mlaqqma
Fid-diskors tiegħu fil-Parlament il-lejla d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kompla jħabbar aktar rilaxx ta’ miżuri.
Huwa ħabbar li mill-1 ta’ Novembru attivitajiet organizzati bilqiegħda li għalihom jistgħu jattendu nies biċ-ċertifikat tal-vaċċin biss, mhux ħa jkun hemm bżonn li josservaw aktar id-distanza soċjali.
Dawn l-attivitajiet jistgħu jattendu għalihom sa massimu ta’ 300 persuna bilqiegħda. Din il-miżura tapplika wkoll għal tiġijiet.
Il-Ministru Chris Fearne qal ukoll li huwa qed iħares lejn aktar rilaxx ta’ miżuri, bil-pjan jkun li jekk nibqgħu sejrin tajjeb din tiġi estiża għall-attivitajiet bilwieqfa wkoll.