“M’Għamiltx Suwiċidju Għax Kont Naf Li Kont F’Riskju U Ċempilt Lill-Psikjatra Tiegħi” – Il-MP Mario Galea

 “M’Għamiltx Suwiċidju Għax Kont Naf Li Kont F’Riskju U Ċempilt Lill-Psikjatra Tiegħi” – Il-MP Mario Galea

Hekk kif illum qed ikun diskuss is-settur ta-saħħa fil-Parlament, waqt diskors li għamel il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Mario Galea tkellem dwar il-problemi ta-saħħa mentali u s-suwiċidju.

Mario Galea mhux l-ewwel darba li tkellem dwar is-saħħa mentali u kif hu wkoll kien għamel żmien ibati minn dipressjoni. Illum fil-Parlament fetaħ aktar u għal-ewwel darba fil-pubbliku għalkemm stqarr li hemm ħafna nies li jafu, qal li hu stess kien qed jikkunsidra li jagħmel s-suwiċidju.

“M’għamlitux għax billi naf ftit fuq is-suġġett indunajt li kont f’riskju u ċempilt lill-psikjatra tiegħi Dr David Cassar li jista’ jikkonferma dan li qiegħed ngħid,” stqarr id-Deputat Mario Galea waqt id-diskors tiegħu.

Huwa qal li fid-dinja persuna kull erbgħin sekonda tagħmel suwiċidju li dan mistenni jinżel għal għoxrin sekonda minħabba l-effetti li ħalliet il-pandemija. Mario Galea saħaq li dawk kollha li jħossu dawn il-ħsibijiet għandhom ifittxu mal-ewwel l-għajnuna.

Fid-diskors tiegħu huwa appella wkoll sabiex jiżdiedu s-servizzi professjonali 24 siegħa kuljum f’każi ta’ emerġenza sabiex jkunu jistgħu jiġi salvati aktar ħajjiet.

Huwa temm jgħid li jirrikonoxxi s-suċċess tal-vaċċin li salva eluf kbar ta’ nies waqt din il-pandemija, però issa rridu niġġieldu biex inaqqsu l-problemi tas-saħħa mentali li għolliet rasha sew u qed tkisser ħafna nies.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com