“Il-Gvern Għandu Jestendi L-Grant Tal-Karozzi Elettriċi Għall-Vetturi Second-Hand” – Il-PN

 “Il-Gvern Għandu Jestendi L-Grant Tal-Karozzi Elettriċi Għall-Vetturi Second-Hand” – Il-PN

“Il-Gvern għandu jestendi l-grant tal-karozzi elettriċi għall-vetturi second-hand. Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg għandu jieħu dan il-parir tal-Partit Nazzjonalista jekk irid jiżgura suq miftuħ ħieles u ġust.” Hekk qal fi stqarrija l-Kelliem tal-PN għall-Ekonomija l-ħadra u proġetti kapitali David Thake.

Thake saħaq li Transport Malta wissiet li qed tippjana li teskludi lil ċerti importaturi minn skema ta’ għotjiet minħabba żidiet f’daqqa fil-prezzijiet. Il-Partit Nazzjonalista jirrimarka li esklużjoni bħal din, filwaqt li tkun intenzjonata, se tirriżulta f’nuqqas ta’ għażla għax-xerrejja.

Il-PN sostna li Transport Malta wkoll m’għandhiex ir-riżorsi u mhix l-awtorità kompetenti biex tiżgura kompetizzjoni ġusta.

Il-Kelliem David Thake temm jgħid li Transport Malta effettivament se tippenalizza lix-xerrej u mhux lill-bejjiegħ għax jekk trid tip speċifiku ta’ karozza elettrika, sempliċiment issa jkollok tixtriha mingħajr l-għotja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com