Il-Kunsillier Indipendenti Anthony Delia Jippreżenta Pjan Ħolistiku Għar-Riġenerazzjoni Ta’ San Pawl Il-Baħar

 Il-Kunsillier Indipendenti Anthony Delia Jippreżenta Pjan Ħolistiku Għar-Riġenerazzjoni Ta’ San Pawl Il-Baħar

Il-Kunsillier indipendenti fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar Anthony Delia ħadem pjan ta’ riġenerazzjoni flimkien mar-residenti għal-lokalità kbira ta’ San Pawl il-Baħar. Qal li għal din ir-riġenerazzjoni ser ikun hemm bżonn ta’ pjan ħolistiku għaliex ma jistax isir biss mill-Kunsill Lokali jew awtorità waħedha iżda bil-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet.

“Hemm bżonn ta’ bidla fil-mentalità u li naħdmu flimkien”, tenna Delia. Qal li fl-opinjoni tiegħu, l-Edukazzjoni hija ċ-ċavetta ewlenija għas-suċċess u li din tkun ibbażata fuq żewġ binarji: 1. Edukazzjoni fl-iskejjel u 2. Edukazzjoni fit-triq. Spjega kif billi meta nedukaw lit-tfal minn età bikrija, dan iwassal għal komunità iżjed b’saħħitha u b’sens ta’ appartinenza li dawn l-ingredjenti jwasslu gġal prosperità fil-lokalità.

Saħaq li l-investiment fit-tfal tal-lum huwa investiment fil-futur. Mill-banda l-oħra, qal ukoll li l-edukazzjoni fit-triq għalkemm hija iżjed ikkumplikata, hija wkoll meħtieġa. Din tinkludi nfurzar tal-liġi, ‘community policing’, gwardjani lokali, by law, installazzjoni ta’ cctv’s u aktar biex San Pawl il-Baħar ikun verament post attraenti għat-turisti u għar-residenti wkoll.

Fost il-punti, semma l-fatt li l-għassa tal-pulizija f’din il-lokalita hija waħda mill-iżjed attivi meta mqabbla ma’ għasses oħra. Juża l-kelma ‘coping’ għaliex jgħid li hemm bżonn ta’ iżjed forza u nies li jaħdmu hemm għaliex il-lokalità hija kbira wisq biex huma jlaħħqu magħha. Dan jgħin fil-kunfidenza fost iċ-ċittadini biex iħossuhom iżjed siguri u li għandha bżonn tingħata attenzjoni mill-aktar fis.

Bla dubju l-pjan fih iżjed dettalji importanti li Anthony Delia beħsiebu jkompli jippubllika b’risq il-lokalita.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com