5 Mejta Fin-Norveġja Wara Attakk Bil-Qaws U L-Vleġeġ – L-Aggressur Arrestat Ftit Tal-Ħin Wara

 5 Mejta Fin-Norveġja Wara Attakk Bil-Qaws U L-Vleġeġ – L-Aggressur Arrestat Ftit Tal-Ħin Wara

Fin-Norveġja ħames persuni nqatlu u żewġ persuni ndarbu f’attakk bil-qaws u l-vleġeġ ilbieraħ filgħaxija, f’supermarket.

Ir-raġel li wettaq dan l-attakk ġie arrestat mill-Pulizija Norveġiża ftit minuti wara l-attakk.

L-aggressur huwa Daniż ta’ 37 sena li minn rapporti li qed joħorġu diġà kien magħruf mal-Pulizija f’każ ieħor madwar sena ilu.

Il-Pulizija qed timxi fuq it-teżi li r-raġel kien influwenzat minn xi ħadd biex iwettaq dan l-att. Jidher ukoll li r-raġel kien qaleb it-twemmin reliġjuż tiegħu għall-Iżlam.

Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet u qed jaraw hemmx xi rabta jekk l-attakk kienx wieħed terrorista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com