Il-Laqgħat Fl-Irħula Madwar Malta U Għawdex U R-Reklamar Tal-Budget Swew Lill-Pajjiż €440,000

 Il-Laqgħat Fl-Irħula Madwar Malta U Għawdex U R-Reklamar Tal-Budget Swew Lill-Pajjiż €440,000

Dalgħodu waqt mistoqsija parlamentari mid-Deputat tal-PN Karol Aquilina lill-Ministru tal-Finanzi dwar kemm ġiet tiswa il-kampanja kollha tal-Budget, ħareġ mir-risposta li ta l-Ministru li b’kollox ġiet tiswa €440,000.

Il-Ministru Clyde Caruana qal li l-laqgħat ta’ konsultazzjoni li saru ġew jiswew €206.067, qal ukoll li €138,000 intefqu fuq reklamar kif ukoll €95,000 intefqu fuq stampar ta’ materjal relatat mal-Budget 2022.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech f’reazzjoni għal dan qal li “daqshekk swiet lill-poplu l-propaganda tal-Gvern għall-budget ta’ din is-sena. Dan apparti l-ħtif tax-xandir pubbliku, li wkoll qed jabbuża mill-fondi pubbliċi.”

Bernard Grech fil-messaġġ tiegħu fuq il-mezzi soċjali kompla jgħid li “aħna nemmnu li flus il-poplu għandhom jiġu investiti lura fih, permezz ta’ żieda lill-għalliema u frontliners, jew inizjattivi għaż-żgħażagħ tagħna, mhux fuq propaganda.”

“Dawn kollha huma flejjes li setgħu, u messhom intefqu għall-ġid tal-poplu. Huwa tal-mistħija li €438,804 intefqu fuq propaganda tal-Gvern,” temm jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com