Il-Ministeru Tal-Edukazzjoni Jitlef Il-Mandat Kontra L-MUT U L-Edukaturi

F’digriet maħruġ mill-qorti aktar kmieni llum, il-qorti ċaħdet il-mandat ta’ inibizzjoni li pprova jagħmel il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra l-MUT, l-UPE u l-edukaturi.
Fi stqarrija mill-MUT ntqal li l-qorti rrikonixxiet id-dritt li l-Union tordna direttivi, liema dritt ipprova jittieħed mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.
F’reazzjoni għal dan l-Union qalet li “ħadd, inkluż il-Ministeru, mhuwa ser jagħmel sarima mal-MUT u l-edukaturi.”
Il-Union ser tkun qed tkompli ssegwi s-sitwazzjoni tal-każijiet ta’ transfers fil-Primarja u ser toħroġ l-azzjonijiet industrijali fejn meħtieġ.
L-MUT temmet tgħid li d-direttivi li nħarġu ser jibqgħu fis-seħħ.