Il-Ministru Clyde Caruana Fi Ftit Ħin Ieħor Bl-Ewwel Diskors Tal-Budget

 Il-Ministru Clyde Caruana Fi Ftit Ħin Ieħor Bl-Ewwel Diskors Tal-Budget

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fi ftit ħin ieħor ħa jkun qed jagħmel l-ewwel diskors tal-Budget tiegħu bħala Ministru.

Ftit tal-ħin ilu ntemmet lagħqa mal-ġurnalisti fejn ingħata briefing ta’ dak li ħa jkun qed jiġi preżentat illum.

Il-Ministru Caruana beda din it-triq billi wara l-laqgħa li kellu mal-ġurnalisti, poġġa d-dokumenti tad-diskors tal-Budget fil-famuża bagalja tal-Budget u ittieħed ritratt uffiċjali tal-okkażjoni.

Huwa issa fil-ħin li ġej ħa jkun qed jitlaq mill-Ministeru tal-Finanzi fil-Belt sabiex jippreżenta l-kopji tad-diskors tal-Budget lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Preżenti jkun hemm ukoll l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, fejn f’ċerimonja l-President jkun qed jiffirma dawn il-kopji tad-diskors.

Wara l-Ministru Caruana u l-Ispeaker Farrugia jerġgħu jerħulha lejn il-Belt biex fis-6pm tibda s-seduta parlamentari.

Id-diskors tal-Budget mistenni jibda fis-6:30pm.

Ritratt: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com