Il-Ministru Zammit Lewis Jintervjeni Wara Dak Li Kien Irrapportat Dalgħodu Fl-Università

Wara li diversi siti tkellmu dwar is-sitwazzjoni li kien hemm fl-Università ta’ Malta dan il-lejla l-Ministru Edward Zammit Lewis f’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li għamel kuntatt mad-Dekan tal-Fakultà dwar din is-sitwazzjoni.
Zammit Lewis qal li “wara li tkellimt mad-Dekan, nista’ ngħid li l-Fakultà għandha tkun qed tħares lejn il-kwistjoni urġenti mingħajr dewmien żejjed.”
“Id-dinjità tal-istudenti tibqa’ importanti u nistenna bil-ħerqa li tittieħed deċiżjoni pożittiva fl-interess tal-istudenti u l-aspirazzjonijiet akkademiċi tagħhom,” tenna l-Ministru Edward Zammit Lewis.
“Solidarjetà mal-istudenti kollha,” temm jgħid filwaqt li awgura lill-istudenti sena akkademika mill-aqwa.