Erba’ Vetturi Misruqa Oħra Interċettati Fil-Port Ħieles

 Erba’ Vetturi Misruqa Oħra Interċettati Fil-Port Ħieles

Il-Ħidma fil-Port Ħieles mid-Dwana tkompli hekk kif illum aktar karozzi misruqa fil-Kanada inqabdu f’erba’ kontejners oħra fi triqthom lejn Abu Dhabi.

Fi stqarrija d-dipartiment tad-Dwana qalu li llum nstabu erba’ vetturi oħra li huma żewġ Jeep pick-ups, Mercedes u Ford pick-up.

Għal darba oħra l-apparat tal-iskennjar kien kruċjali fil-ħidma tal-Uffiċjali tad-Dwana biex setgħu jagħmlu din is-sejba.

L-istess bħas-sejba ta’ vetturi misruqa li nqabdu l-ġimgħa li għaddiet, id-dokumenti ma’ kienux qed jaqblu ma dak li beda jidher li hemm fihom.

Din hija t-tielet qabda ta’ karozzi misruqa. B’kollox inqabdu 12-il vettura.

Aqra wkoll:

Sitt Vetturi Oħra Misruqa Maqbuda Mid-Dwana Fil-Port Ħieles

Interċettati Żewġ Vetturi Misruqin Mill-Kanada

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com