Il-PM Ma Jagħtix Indikazzjoni Ta’ Meta Ħa Tkun Qed Isir L-Elezzjoni Ġenerali

 Il-PM Ma Jagħtix Indikazzjoni Ta’ Meta Ħa Tkun Qed Isir L-Elezzjoni Ġenerali

“Ma naħsibx li huwa l-mument li nitkellmu dwar id-data tal-elezzjoni bħal issa…”

Kien dan l-ewwel kliem li qal lill-ġurnalisti l-Prim Ministru Robert Abela xħin mistoqsi waqt li kien ħiereġ mill-Parlament jekk hux ħa jkun qed isejjaħ elezzjoni.

Huwa qal li ħa jkun qed isejjaħ l-elezzjoni fl-aħjar interess tal-pajjiż, madanakollu ma eskludix li l-elezzjoni ssir f’Novembru li ġej.

Meta kien mistoqsi diversi drabi oħra mill-ġurnalisti sabiex jindika ż-żmien, u jekk hux ħa jkun qed jinterferixxi fil-black friday ta’ din is-sena li ħa jaħbat fis-26 ta’ Novembru huwa reġa’ ma eskludix.

Huwa qal li qed iħares il-quddiem sabiex issa ladarba l-Budget ġie mfassal u mħabbar issa jmiss li dan jkun implimentat. Robert Abela sostna li l-Gvern għandu l-mandat sa Ġunju 2022 u għalhekk ħa jkun hemm bżonn elezzjoni f’nofs it-twettieq tal-Budget sabiex il-poplu jiddeċiedi.

Jekk l-elezzjoni ħa tkun qed isir fis-27 ta’ Novembru l-Prim Ministru irid iħabbar dan matul din il-ġimgħa hekk kif ikun hemm bżonn ta’ 33 ġurnata sabiex jiskatta l-proċess elettorali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com